Regolamenti Għad Dħul Fl-Iskejjel Tal-Knisja F'Għawdex

Transcription

Konferenza Episkopali MaltijaSegretarjat għall-Edukazzjoni NisranijaRegolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’GħawdexL-Ewwel Sena Kindergarten 2021-2022 Applikanti li twieldu fis-sena 20181Il-Kriterji tad-Dħul fl-iskejjel tal-Knisja huma skont din il-ġerarkija. Dan ifisser lil-ewwel jieħdu posthom tfal bil-kriterju 1a, imbagħad bil-kriterju 1b, eċċ.Hemm xebħ u differenzi fl-applikazzjoni tal-Kriterji fl-ewwel sena kindergarten ufl-ewwel sena sekondarja, xi kriterji japplikaw fiż-żewġ livelli, pereżempju 1b, 1cu 1d, xi kriterji ma japplikawx fl-ewwel sena kindergarten, pereżempju il-1a uoħrajn ma japplikawx fl-ewwel sena sekondarja, pereżempju 1h u 1i. Hemm xidifferenzi oħra.1aTfal li ġejjin minn skola tal-Knisja. Dan ma japplikax fl-ewwel sena kindergartenimma japplika fl-ewwel sena sekondarja.1bTfal tal-impjegati fl-istess skola. Il-ġenitur irid ikun ilu mpjegat mal-iskolagħall-anqas sena minn mindu tibda s-sena skolastika li jmiss u jkun għadumpjegat mal-istess skola meta tibda s-sena skolastika li jmiss.1cAħwa fl-istess Skola. Tfal li għandhom ħuthom f’xi skola primarja tal-Knisjagħandhom dritt jidħlu fl-istess skola ta’ ħuthom.B’aħwa nifhmu tfal li jkunu joqogħdu fl-istess dar u familja. Meta aħwa mhuxmill-istess żewġ ġenituri jgħixu xi ġranet fil-ġimgħa flimkien dawn jitqiesu bħalaaħwa. F’dan il-każ jiġu ppreżentati d-dokumenti rilevanti. Tfal adottati, jew tfal ligħalihom hemm ftehim ta’ fostering, jitqiesu bħala aħwa tat-tfal tal-familja lijkunu qed jgħixu fiha.1dTfal ta’ impjegati tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u tfal tal-impjegatifis-Seminarju Minuri u fil-Konservatorju tal-Isqof Sekondarja għandhom drittjagħżlu waħda mill-iskejjel imsemmija f’numru 4.2.1eApplikanti li jkollhom ħuthom jattendu skola sekondarja tal-Knisja f’Għawdexfis-sena 2020/2021 jistgħu japplikaw taħt il-Kriterju ta’ Aħwa f’waħda mill-iskejjelf’ par. 4.2 dejjem skont id-disponibbilta’ fl-iskejjel imsemmija.1fKażijiet bis-sapport. Tfal li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE jiġu aċċettatimat-tfal l-oħra skont kull kriterju (1a -1i u 2).1ġKażijiet Soċjali u tal-Ażil. Jistgħu jaqgħu taħt din il-kategorija, tfal li qegħdin taħtCare Order. Ma jaqgħux taħt din il-kategorija dawk li bħala kawża jagħtu xiwaħda biss minn dawn ir-raġunijiet: tfal minn ommijiet mhux miżżewġa; fejnjidħlu separazzjonijiet; tfal adottati; tfal li qegħdin f’foster families. Jistgħu jiġukkunsidrati każijiet ta’ tfal li huma jew il-ġenituri tagħhom qed ifittxu l-ażil. Minndawn il-każijiet jistgħu jiġu aċċettati massimu ta’ wieħed f’kull skola primarja.L-applikanti huma mitluba jindikaw liema skola jixtiequ jattendu. F’każ li jkunhemm aktar minn applikant wieħed jew waħda tittella’ polza bejniethom.Regolamenti tad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex1

1hApplikazzjonijiet Laura Vicuna. Sa tliet studenti li għandhom residenza fiżikafl-Għasri u li ma jidħlux fil-kategoriji ta’ hawn fuq, għandhom dritt jidħlu fl-iskolaLaura Vicuna. Jekk ikun hemm aktar applikanti titla’ l-polza bejniethom. Min majidħolx b’dan il-kriterju jkun jista’ japplika bil-kriterju ta’ Applikanti Oħra.1iApplikazzjonijiet St Francis Nadur. Studenti li jixtiequ jattendu l-iskola ta’St Francis Nadur. Infakkru li dawn ma jkollhomx dritt li jkomplu fl-iskejjel primarjiu sekondarji tal-Knisja f’ Għawdex.2Applikanti Oħra għal postijiet li jkun fadal u dawn jintgħażlu permezz ta’ polza.3Sena tat-Twelid. Kull min japplika għal post irid ikun twieled fis-sena 2018.Il-Bord tad-Dħul jista’ jilqa’ talbiet ta’ tfal li għal xi raġuni ma jkunux twieldu mjiktbu:gozo.admissions@maltadiocese.org, fejn għandu jiġi spjegat għaliex qiegħda ssirdin it-talba. It-talba tiġi evalwata u tingħata deċiżjoni dwar il-każ. Kull deċiżjonital-Bord tiġi kkomunikata lill-ġenituri.3.1Il-ġenituri ta’ applikanti li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE għandhomjinfurmaw lill-iskola mill-aktar fis possibli. Jekk il-ġenituri diġa għandhom xidokumenti mingħand xi professjonisti, huma mitluba jippreżentawhommal-applikazzjoni jew mill-aktar fis possibli.3.2It-tfal kollha li jidħlu fl-ewwel sena Kindergarten, għajr dawk bi bżonnijietspeċjali, iridu jkunu toilet trained.4Skejjel u Postijiet Disponibbli4.1In-numru massimu ta’ tfal Subien u Bniet li jiġu ammessi f’Kinder 1 fl-Iskejjeltal-Knisja f’Għawdex huwa ta’ 96, mqassma sa massimu ta’ 24 student/a f’kullskola. Ma’ dawn hemm 12-il post fil-Kindergarten ta’ St Francis, Nadur.4.2L-iskejjel tal-ewwel sena Kindergarten huma:4.2.1Bishop’s Conservatory Junior School, Kinder u Primarja, Victoria.4.2.2Laura Vicuna, tas-Sorijiet Salesjani, il-Kinder tinsab fil-belt Victoria. Il-Primarjatinsab fl-Għasri.4.2.3Saint Francis, tas-Sorijiet Franġiskani, Kinder u Primarja, Victoria. Tfal lijitilgħu f’St Francis Victoria jingħataw il-possibilità li jattendu l-Kindergartenta’ St Francis in-Nadur u wara jkomplu l-primarja f’ St Francis Victoria.4.2.4Saint Theresa, tas-Sorijiet Karmelitani, Kinder u Primarja, Ta’ Kerċem.4.2.5St Francis tan-Nadur hija skola Kindergarten biss.4.3It-tfal li jidħlu fl-ewwel sena Kindergarten fil-Konservatorju tal-Isqof, f’ ta’ LauraVicuna, f’ ta’ St Francis Victoria u f’ ta’ St Theresa għandhom id-dritt, jekk iridu, lijkomplu telgħin fil-Klassijiet Primarji tal-istess skola, u wara fil-każ tas-subienfis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù u fil-każ tal-bniet fl-Iskola Sekondarjatal-Konservatorju tal-Isqof.Regolamenti tad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex2

4.4It-tfal li jidħlu fl-ewwel sena Kindergarten ta’ St Francis tan-Nadur jistgħujkomplu sat-tieni sena Kindergarten. Pero’, dawn m’għandhomx dritt ikomplu lafil-primarja ta’ St Francis Victoria u fl-ebda skola oħra primarja jew sekondarjatal-Knisja.5Proċess5.1L-ewwel isiru l-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju 1a-1i.5.2Fl-applikazzjoni tal-kriterji 1a -1i l-ewwel jiġu aċċettati 1a, imbagħad 1b, eċċ.Meta jimtlew il-postijiet kollha ta’ xi skola b’xi kriterju, tittella’ polza bejnl-applikanti ta’ dik l-iskola ta’ dak il-kriterju. Pereżempju meta jkun hemm aktarapplikanti bil-kriterju tal-aħwa għal xi skola milli jkun baqa’ postijiet tittella’polza bejniethom. Dawk li jiġu tal-ewwel jinkitbu f’dik l-iskola u l-oħrajn jiġunklużi mal-Applikanti l-Oħra, tat-tieni kriterju.5.3Wara jiġu ppublikati fuq il-paġna tal-iskejjel tal-Knisja (www.knisja.mt) l-ismijiettal-applikanti u l-iskola li jkunu rreġistraw fiha. Jiġi ppublikat wkoll kemm baqa’postijiet f’kull skola.5.4Wara jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal postijiet li jkun fadal (ta’ Kriterju 2).5.5Jiġu ppublikati l-ismijiet ta’ kull applikant/a.5.6Tittella’ polza onlajn u jiġu ppublikati onlajn l-ismijiet skont ir-riżultat tal-polza.5.7Wara, f’data oħra, issir l-għażla ta’ skola onlajn. Waqt is-sessjoni tal-għażla ta’skola, l-applikanti, skont ir-riżultat tal-polza, jagħżlu skola li għad fiha postijietvakanti. Min jiġi l-ewwel jagħżel l-ewwel, wara t-tieni, eċċ.6Applikazzjonijiet6.1Il-ġenituri jistgħu japplikaw għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja permezz ta’applikazzjoni onlajn.6.2Applikazzjonijiet skont il-Kriterji 1a-1i:Tfal tal-Impjegati fl-Istess SkolaAħwa fl-istess skola PrimarjaTfal tal-Impjegati tas-Segretarjat, tas-Seminarju Minuri u tal-Konservatorju SekondarjaAħwa fi skola sekondarja tal-Knisja f’GħawdexKażijiet Soċjali u tal-AżilTfal residenti l-Għasri għal Laura VicunaTfal għal St Francis Nadurisiru onlajn fuq is-sit: https://church.mt/gozoapplications mill-Ġimgħa 5 ta’ Frarsat-Tnejn, 15 ta’ Frar, 2021.6.3Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandujċempel fuq 7999 0271 f’dawn il-ħinijiet mit-8:00am sas-2:00pm fil-ġranettal-applikazzjonijiet, jiġifieri mill-5 ta’ Frar sal-15 ta’ Frar u mill-1 ta’ Marzu sat-8ta’ Marzu.6.4L-Applikazzjonijiet għal Applikanti Oħra (Kriterju 2) isiru onlajn fuq is-sithttps://church.mt/gozoapplications mit-Tnejn, 1 ta’ Marzu sat-Tnejn, 8 ta’Marzu, 2021.Regolamenti tad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex3

6.5Għal kull tifel/tifla trid isir applikazzjoni waħda biss. Fil-każ ta’ tewmin/ triplets/ulied imwielda fl-istess sena, trid issir applikazzjoni għal kull tifel/tifla.Fil-polza, meta jitla’ wieħed/waħda mit-tewmin, awtomatikament jidħlut-tewmin aħwa l-oħra fl-istess skola sakemm hemm postijiet vakanti.6.6Isir ħlas ta 20 għal kull applikazzjoni sabiex jitħallsu l-ispejjeż amministrattivi.Il-ħlas isir onlajn permezz ta’ Visa Card.7Informazzjoni u dokumenti meħtieġa mal-applikazzjoni7.1Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:Isem u Kunjom tat-tifel/tifla, Nru tal-Karta tal-Identità tat-tifel/tifla, Data ta’Twelid tat-tifel/tifla, Ġeneru tat-tifel/tifla, Indirizz, Lokalità, u Kodiċi Postali,Numru ta’ telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm, Nru tal-Karta tal-Identitàtal-Omm, Mobile tal-omm, Isem u Kunjom il-missier, Numru tal-Karta tal-Identitàtal-Missier, Mobile tal-missier, Email tal-omm jew tal-missier.7.2Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li jittella’ dan id-dokument:Ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tat-tifel/tifla.7.3Waqt l-applikazzjoni l-ġenituri jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhommad-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.Dinid-Dikjarazzjoni tista’ taraha jew tniżżilha minn www.knisja.mt. Il-ġenituri jiġumitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonnjikkuntatja lill-iskola tat-tfal tagħhom.Informazzjoni Meħtieġa skont il-Kriterju tal-applikazzjoni7.4Għal min qed japplika bil-Kriterju tal-impjegati għandu jindika ma’ liema skolajaħdem jew jekk jaħdimx mas-Segretarajat għall-Edukazzjoni Nisranija. Dinl-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola u mas-Segretarjat għall-EdukazzjoniNisranija.7.5Għal min qed japplika bil-Kriterju tal-aħwa għandu jindika f’liema skola jattendul-aħwa. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola. Għandu jittella’ ukollċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tat-tifel/tifla.7.6Jekk inti mill-Għasri u qed tapplika bil-kriterju 1h għal post ġewwa Laura Vicunatrid tindika fl-applikazzjoni onlajn.7.7Jekk tixtieq tinkiteb fil-Kindergarten ta’ St Francis tan-Nadur trid tindikafl-applikazzjoni onlajn. F’dan il-każ japplika l-paragrafu 4.4, jiġifieri min jinkitebf’din il-kindergarten ma għandux dritt ikompli fil-primarja ta’ St Francis, Victoriajew f’xi skola oħra tal-Knisja.7.8Għal min qed japplika bħala każ soċjali għandu jtella’ dokumenti u/jew ċertifikatirilevanti li jispjegaw il-każ u f’liema skola jixtieq jattendi.Regolamenti tad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex4

7.9Fejn il-ġenituri huma separati jew fil-każ ta’ tuturi, meħtieġ dokument legali lijindika l-kustodja tat-tifel/tifla. Ma hemmx bżonn id-dokument kollutas-separazzjoni imma l-parti li titratta l-kustodja tat-tfal. Meta l-Qorti ddeċidietli l-kustodja u/jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonnil-kunsens taż-żewġ ġenituri.7.10F’każ ta’ aħwa fejn xi ħadd mill-ġenituri mhux komuni (half-sibling) humameħtieġa d-dokumenti tal-kustodja tal-aħwa, ċertifikat tat-twelid tal-aħwa ukopja tal-karta tal-identità tal-ġenituri.8.Polza8.1It-tlugħ tal-polza onlajn isir nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2021, fid-9.30 a.m.Il-polza tkun aċċessibli minn http://www.knisja.mt8.2Ir-riżultat tal-poloz jkun ippublikat online fuq http://www.knisja.mt.9.Għażla ta’ Skola9.1Nhar it-Tnejn, 29 ta’ Marzu l-applikanti li ħadu sehem fil-polza jagħmlu l-għażlata’ skola skont ir-riżultat tal-polza tagħhom. L-għażla ta’ skola tibda fid-9:30 u tiġitrasmessa live fuq www.knisja.mt9.2Huwa obbligatorju li dak inhar tal-Għażla ta’ Skola il-ġenituri jkunu disponibblifil-ġurnata u l-ħin muri hawn fuq sabiex jagħmlu l-għażla meta jkun imisshom.Inċemplu persuna wara l-oħra skont l-ordni stabbilit fil-polza tal-għażla. Hijar-responsabiltà tal-ġenituri li jkunu disponibbli għal din ir-reġistrazzjoni ta’ skolajew li jawtorizzaw lil xi ħaddieħor minflokhom.9.3F’każ li ma nagħmlux kuntatt mal-ġenituri li jkun imisshom, it-telefonati jkomplugħaddejjin. Minn ħin għall-ieħor nerġgħu nippruvaw nikkuntatjawhom. Dawn ilġenituri jkunu jistgħu iċemplulna fuq 7786 5241. Min ma jweġibx it-telefownx’ħin ikun imissu, ikun jista’ jagħmel l-għażla meta naqbduh iżda ma jkollux drittiħassar l-għażliet li jkunu laħqu saru. Jekk din il-proċedura ma sseħħx ma jitqisxbħala xi nuqqas min-naħa tal-Bord tad-Dħul.9.4L-għażla tal-ġenituri li jiddeċiedu li ma jibagħtux lil uliedhom f’xi skola tal-Knisjatkun reġistrata bħala “No choice”.9.5Wara l-għażla ta’ skola, il-proċess tar-Reġistrazzjoni jkompli permezz ta’ imejls.9.6Jekk wara li tagħlaq is-sessjoni ta’ reġistrazzjoni jkun baqa’ postijiet vakanti,eventwalment, jissejjaħ min imissu.10.Il-Waiting List10.1Hekk kif il-postijiet fl-iskejjel ikunu mtlew kollha, l-applikanti li ma jkunux għażluskola jitpoġġew f’waiting list, skont l-ordni li biha telgħu fil-polza. Jekk jitbattalpost f’xi skola dan jiġi offrut lil min imissu fil-waiting list. Min ikun għażel skolama jistax jkun fil-waiting list ukoll.10.2Din il-waiting list tibqa’ tgħodd għas-sena skolastika, sal-aħħar ta’ Awwissu 2022.Regolamenti tad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex5

11.Tagħrif ieħor11.1Il-ġenituri li jagħżlu li uliedhom jidħlu fl-iskejjel tal-Knisja jkunu qed jiddikjaraw liwliedhom se jsegwu l-ethos tal-iskejjel tal-Knisja. Ma jiġix offrut suġġett ieħorflok it-tagħlim tar-Reliġjon Kattolika bħala suġġett akkademiku.11.2Tfal irreġistrati fi skola tal-Knisja huma obbligati li jattendu regolarment l-iskolarreġistrati fiha mill-bidu tas-sena skolastika li għaliha jkunu applikaw.11.3Kull informazzjoni li l-ġenituri jagħtu lill-Bord tad-Dħul dwarhom u dwaruliedhom u li skont l-Att tal-2018 dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data hija“data personali”, tiġi pproċessata biss skont l-Att imsemmi. Aktar tagħrif dwaril-Protezzjoni tad-Data jista’ jinkiseb mill-websajt: www.knisja.mt.11.4Tista’ tikkomunika mal-Bord f’dan l-indirizz elettroniku:gozo.admissions@maltadiocese.org jew tista’ ċċempel fuq 25906306/9 jew77865241.11.5Dawn ir-Regolamenti japplikaw hekk kif huma miktubin għal din is-sena biss.Jista’ jkun li fil-futur jinbidlu. Jista’ jkun li fil-futur tinbidel ukoll is-sitwazzjoni taliskejjel. Għalhekk mhux garantit li l-opportunitajiet preżenti jkunu jeżistu wkollfil-futur. Jistgħu jibqgħu l-istess, jonqsu jew jiżdiedu.Regolamenti tad-Dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex6

3.2 It-tfal kollha li jidħlu fl-eel sena Kindergarten, għajr dak bi bżonnijiet speċjali, iridu jkunu toilet trained. 4 Skejjel u Postijiet Disponibbli 4.1 In-numru massimu ta' tfal Subien u Bniet li jiġu ammessi f'Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f'Għadex hu Áa ta' 96, mqassma sa massimu ta' 24 student/a f'kull skola.